VivaMalta.org
 

Go Back   VivaMalta.org > Imperivm Evropa > Malta
User Name
Password
Register FAQ Members List Calendar Search Today's Posts Mark Forums Read

Reply
 
Thread Tools Search this Thread Display Modes
Old 9thDecember2005   #1
Artist
Patriot
 
Artist's Avatar
 
Join Date: Apr 2005
Location: Qormi
Age: 42
Posts: 1,945
Rep Power: 790Artist has much to be proud ofArtist has much to be proud ofArtist has much to be proud ofArtist has much to be proud ofArtist has much to be proud ofArtist has much to be proud ofArtist has much to be proud ofArtist has much to be proud ofArtist has much to be proud ofArtist has much to be proud ofArtist has much to be proud of
Default Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)

Dan l-ahhar zort il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew.
Zewg postijiet fil-Qrendi veru interessanti.
Din hi xi informazzjoni dwarhom.


Knisja ta' San Mattew


Fil-Qrendi issib żewġ knejjes ta' San Mattew li mbagħad għaqqduhom f'waħda. Hemm il-knisja ż-żgħira f'tarf il-ħondoq tal-Maqluba li hi qadima ħafna u jaħsbu li kienet minn ta' l-ewwel knejjes imwaqqfa wara t-tkeċċija tas-Saraċeni. Kemm hi qadima tixhed l-għamla tagħha bħal qabar qadim. Hugh Braun jgħid li din il-Knisja aktarx li saret fis-Seklu XV.

Il-bini tal-Knisja l-oħra inbeda fl-1674 u spiċċa fl-1682. Hemm taraġ li jgħaqqad il-ġdida mal-qadima. ll-qadima għandha il-bieb prinċipali tagħha. It-tieni knisja hi x'aktarx kbira b'artal wieħed u bis-sagristija fuq wara. Il-kwadru ewlieni (illum merfugħ minħabba sigurta' wara li nsteraq) li juri il-martirju ta' San Mattew hu xogħol Mattia Preti u sar fl-1688 bi flus il-Kommendatur Nicolo' Communet, franċiż. Fuq il-bieb ewlieni ittellgħet minn ġewwa gallerija li saret fl-1834 bi flus il-prokuratur Dun Mikiel Zammit u Dun Ġio Anton Spiteri. Fis-sagristija hemm kwadru ta' żewġ piedi fl-isem ta' San Appolloni sive ta' Vennura. Jeżisti legat imsejjaħ ta' 'Vennura nella scesa di San Matteo'.

Dun Mattew Magro li kien prokuratur ta' din il-Knisja jirrakkonta li l-ħsara bil-gwerra fil-faċċata ġrat il-Ħadd, 12 t'April 1942 għall-ħabta tal-Ave Maria meta daqqet is-sirena fl-Għassa tal-Pulizija. Jiftakar li kien għadu kif ġie ordnat djaknu fl-4 t'April 1942. Kien qiegħed mal-Kappillan Dun Elia Spiteri u ma Raymond Ellul seminarista fis-Sagristija tal-Parroċċa. Marru fix-xelter f'numru 3, Triq il-Kurat Mizzi għand il-patrijiet Tereżjani Skalzi. Wara l-ħbit mill-ajru telgħu u saru jafu li ġġarfet il-Knisja ta' San Mattew. Marru fil-post u sabu ħerba sħiħa. Il-Knisja kellha ħafna ħsarat, il-faċċata mtertqa ser taqa' u ma taqax, l-ewwel tlett ħnejjiet mill-bieb ta' barra 'l ġewwa sfronduti u mġarrfin, tlieta mis-sitt kolonni tal-gallarija ta' l-orgni mtajrin u mkissrin f'ħafna bċejjeċ. Il-knisja kienet okkupata mis-suldati, ħafna minnhom sfaw feruti u meħudin gravi l-isptar, l-oħrajn li ħelsuha ħafif kienu qegħdin jippruvaw f'dik il-konfużjoni kollha, jirranġaw dak li jistgħu. Il-Knisja reġgħet ittellgħet bis-saqaf troll bħal qabel il-gwerra minn Grezzju Falzon, bennej mgħallem mir-raħal, li kompla sebbaħ il-faċċata tal-Knisja b'żewġ kampnari ħelwin, taħt id-direzzjoni tal-Perit Salvu Privitera.

Il-Festa ta' San Mattew tal-Maqluba issir it-tielet Ħadd ta' Settembru ta' kull sena u hi ferm popolari mal-Maltin. Grazzi għall-fiera/festa kbira li jorganizzaw sena kull wieħed iż-żewġ każini tal-banda tar-raħal it-tradizzjoni kompliet tkattret u hija parti essenzjali mill-folklor malti.

Tagħrif dwar il-popolarita' ta' din il-festa jagħtih Dun Ġwann Azzopardi, Kuratur tal-Mużew tal-Kattidral Imdina fil-programm tal-festa Santa Marija 1986-paġna 24, 25. Ċertu William Shellinks li għex mill-1623-1687, kien f'dawn il-gżejjer fil-21 ta' Settembru 1664. Hu ħalla żewġ inċiżjonijiet bħala tifkira tal-visita' u ta xi tagħrif. Barra li kien kittieb Shellinks kien ukoll pittur, poeta, disinjatur u inċisur.




Il-Maqluba

Jekk wieħed iħares 'l isfel wara il-Kappella ż-żgħira (l-iżjed waħda antika) ta' San Mattew għandu jsib ħofra kbira u fonda. Din il-ħofra hi magħrufa bħala tal-Maqluba.

Missirijietna jgħidu li hawn fi żmien antik ħafna, kien jeżisti raħal bi ftit djar, fejn in-nies tiegħu kienu x'aktarx ħżiena ħafna, sakemm jum wieħed sar terremot li kisser l-art taħthom u niżżilhom fil-fond u qered l-art li kienu jgħammru fuqha. Mara waħda biss baqgħet ħajja għax kienet twajba u dak il-ħin kienet fil-Knisja iċ-ċkejkna titlob. Fil-fatt il-Knisja il-qadima tinsab f'xifer il-fondoq.

Tal-Maqluba hi isem ta' ħofra ovali fl-art, imniżżla fil-qiegħ xi 130 pied. Fil-qiegħ tagħha hemm bħal ġnien sabiħ, li fih għadd ġmielu ta' siġar fosthom dawk ta' l-għargħar (is-siġra nazzjonali maltija) u li huma ferm rari. It-tul tal-fetħa huwa ta' 330 pied u wiesgħa 200 pied.



Biex tinżel hemm taraġ li jwassal sal-belvedere fejn issib fdal ta' ġiebja magħmula qanpiena maqsuma minn fejn ċediet l-art. Minn fejn din il-ġiebja jinżel taraġ dejjaq ħafna għal fondoq. Id-dehra tal-Maqluba kif tħares minn taħt huwa kollu mnaqqax. Il-blat mad-dawra hu mkisser u mtajjar ma kull naħa. Wiċċ l-art kollu juri li xi darba din għaddiet minn theżżiża qawwija.

Il-kampanja fil-qrib tibda titbaxxa irregolarment għal distanza ta' 2 jew 3 mili sakemm jieqaf fuq dan il-lok, li f'salt wieħed jaqa' ġo ħofra fonda.

Huwa diffiċli ħafna tgħid kif sar dan il-fenominu, iżda l-aktar fehma tajba tidher li hi, li l-art kellha taħtha xi għerien li ċedew taħt pressjoni ta' ilma billi il-ġebla hi ratba, jew saret xi theżżiża qawwija. Ciantar jgħid li fil-fdal tal-ġiebja li ssemmiet qabel instab xi nafta li sa żmien twil ilu ma kien għadu jidher xejn minnha.

Matul ix-xitwa, l-ilma fil-ħofra minn xi daqqiet jgħatti is-siġar, iżda malajr isib imnejn joħroġ minn bejn ix-xquf tal-blat. Id-dehra tal-blat fuq ix-xtajta tal-baħar ftit il-bogħod mill-Maqluba, tikkonferma il-ħsieb li kienet magħmula minn xi ċaqlieqa qawwija naturali flimkien ma tempesta li qatt f'Malta ma saret bħalha qabel. Hawn min jaħseb li matul ix-xitwa jinħass ilma ġieri nieżel f'wiċċ il-baħar x'imkien qrib il-Blue Grotto (taħt il-ħnejja) u jista' jkun li dan l-ilma ġej mill-ħofra tal-Maqluba. Prova ta' dan hu li l-ġebel hu ta' lewn skur u kollu aħrax u mxaqqaq u l-irdumijiet kbar li hemm fil-blat, jiftħu n-naħa tal-baħar u jibqgħu sejrin jidjiequ sal-qiegħ. Skond ma jgħidulna kittieba antiki, it-tempesta li għenet biex saret il-ħerba saret nhar l-24 ta' Novembru 1343, lejliet Santa Katerina taż-Żejtun.
__________________
Every man dies, not every man lives.
Artist is offline   Reply With Quote
Old 10thDecember2005   #2
SetteCento
Senior Member
 
SetteCento's Avatar
 
Join Date: Mar 2005
Location: Isola Dell GranMaestri
Posts: 1,132
Rep Power: 148SetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really nice
Default Re: Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)



Il Maqluba- Qrendi Picture taken from 2000 feet altitude




Stairs cut in rocks, leading down




The medieval chapel of St Matthew (attached with the other chapel remained steadily in the periphery of the valley cliff

The passage way in the valley that leading down to the great depression,Maqluba.

The Main Chapel that stand on the periphery
__________________

The only failure is the one who adopts mediocrity as a life style
SetteCento is offline   Reply With Quote
Old 10thDecember2005   #3
SetteCento
Senior Member
 
SetteCento's Avatar
 
Join Date: Mar 2005
Location: Isola Dell GranMaestri
Posts: 1,132
Rep Power: 148SetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really nice
Default Re: Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)



We should organise an expedition some weekend to explore down there ...no problem at all.. papocc tajjeb u habel sod! for a guide dont worry i had been some 40x down there and i must say that it's mystical!! immaginaw ir rotunda tal Mosta tiffitja go fiha fid dimensjoni. il-flora u l-fawna hi selvaggia ghall ahhar u hemm diversi gharien skavati fil blat.
__________________

The only failure is the one who adopts mediocrity as a life style
SetteCento is offline   Reply With Quote
Old 10thDecember2005   #4
NormanSoldier
Senior Member
 
NormanSoldier's Avatar
 
Join Date: Jun 2005
Age: 27
Posts: 1,373
Rep Power: 2108NormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond reputeNormanSoldier has a reputation beyond repute
Default Re: Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)

Simply beautiful.I am looking forward to go there.Having a guide like Settecento is an honour!
__________________
'Ladies and gentleman, one last word: This election is not over yet'. Norman Lowell


NormanSoldier is offline   Reply With Quote
Old 10thDecember2005   #5
IMPERIUM
Norman Lowell
 
Join Date: Mar 2005
Location: Sacred Island of Melitae
Age: 64
Posts: 5,106
Rep Power: 5067IMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond reputeIMPERIUM has a reputation beyond repute
Default Re: Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)

Very interesting.
The beauty that was once Malta.
Our Sacred Island.

We will restore this jewel of ours:
back to its original beauty.
The Elysium for the Pharoes.

"Those islands to the west of the Empire.
The Islands of the eternal brooks.
The abode of the Gods"

We will erase the concrete blocks:
chocking our Mother Country.
We will relentlessly clean the architectural mess.

Malta: will again become the Focal Point:
the Pyramidical Peak:
The Spiritual Centre of the coming Imperium.

Imperium
0512
__________________
IMPERIUM is offline   Reply With Quote
Old 10thDecember2005   #6
Mirko
The Doors of Perception
 
Mirko's Avatar
 
Join Date: Mar 2005
Age: 23
Posts: 1,559
Rep Power: 108Mirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the rough
Default Re: Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)

count me in
__________________
.
"In the Imperium: nothing, but nothing will be free - except the minds of Men!"
Mirko is offline   Reply With Quote
Old 10thDecember2005   #7
PERICLES
Veteran
 
Join Date: Mar 2005
Posts: 2,425
Rep Power: 45PERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enoughPERICLES will become famous soon enough
Default Re: Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)

Kif tasal s'hemm bil-karozza??? Il-boghod mic-centru tal-Qrendi???
PERICLES is offline   Reply With Quote
Old 10thDecember2005   #8
SetteCento
Senior Member
 
SetteCento's Avatar
 
Join Date: Mar 2005
Location: Isola Dell GranMaestri
Posts: 1,132
Rep Power: 148SetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really nice
Default Re: Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)

Quote:
Originally Posted by PERICLES
Kif tasal s'hemm bil-karozza??? Il-boghod mic-centru tal-Qrendi???
le mhux daqs tant. Hemm 2 toroq li mic centru tal Qrendi (jigifieri mil pjazza tal knisja) jwasslu sal pjazza tal maqluba fejn eventwalmet jinsabu z-zewg kappelli.
inkella tibqa sejjer dritt mil by pass , pero jekk tistaqsi kulhadd jaf fejn u jaghtuk direzzjoni sikurament.

Me and Artist have alreaddy talked to organise an adventure exploration down there for the VM members, we see.......
Vera qisa gungla biex tesplora trid kwazi titkaxkar ma l- art xi kultant. hemm gherien,sigar slavag tar rumien, qasab ,ghadajjar biz zringijiet,gheneb salvagg , fossili u fdalijiet ta bjar antiki fenici. jghammar il merill u tikber selvaggament is sigra nazzjonali ta l- gharar.
Diversi drabi gew studenti mill universita ta Munic mil fakulta tax xjenza , jiehdu diversi samples tal hamrija u sigar sabiex jehduhom fl- universita il Germanja . xi 5 snin ilu kont ixxabbat maghom hemm isfel sabiex naghtihom direzzjoni.u vera kienu iggennu bis sbuhija.
__________________

The only failure is the one who adopts mediocrity as a life style
SetteCento is offline   Reply With Quote
Old 10thDecember2005   #9
Mirko
The Doors of Perception
 
Mirko's Avatar
 
Join Date: Mar 2005
Age: 23
Posts: 1,559
Rep Power: 108Mirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the roughMirko is a jewel in the rough
Default Re: Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)

i know this might sound stupid but it looks like a meteorite crater.

edit: may very well explain the immediate departure of the pre-historic temple builders, with the debris of such and impact, poor sunlight, nuclear rain and everything.
__________________
.
"In the Imperium: nothing, but nothing will be free - except the minds of Men!"

Last edited by Mirko : 10thDecember2005 at 16:05.
Mirko is offline   Reply With Quote
Old 10thDecember2005   #10
SetteCento
Senior Member
 
SetteCento's Avatar
 
Join Date: Mar 2005
Location: Isola Dell GranMaestri
Posts: 1,132
Rep Power: 148SetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really niceSetteCento is just really nice
Default Re: Qrendi (Il-maqluba u l-knisja ta' San Mattew)

According to some studies that were done it is said that the land in around is the shallowest part of the area that the ancient Phoenicians excavated many large wells in there . A fact of that, a half remained bell shaped well is still intact and can be seen easily covered with deffun but it happened that the type of limestone in this area where these wells were dug is called Tas-Sekonda which means a type of stone very soft and inferior to the limestone, which deteriorates very quickly. Years after years ....... the heavy waters that came in melted the stones where the wells were excavated and also in that part of the land it is said that there was a natural cave in the middle (some kind like ghar dalam) when the waters came in it melted the stone tas sekonda and was swallowed in and it formed this depressed land.
It is mentioned that it happened in the 13th century when a huge tempest hit the island according to historical and scientifically facts.

The road that leads to the Maqluba is named for this tempest.


After many years has passed since happened this geological wonder, many savage trees started growing naturally and today we can see the huge depressed land covered with lush & greenery.
__________________

The only failure is the one who adopts mediocrity as a life style

Last edited by SetteCento : 10thDecember2005 at 22:43.
SetteCento is offline   Reply With Quote
Reply


Currently Active Users Viewing This Thread: 1 (0 members and 1 guests)
 
Thread Tools Search this Thread
Search this Thread:

Advanced Search
Display Modes

Posting Rules
You may not post new threads
You may not post replies
You may not post attachments
You may not edit your posts

vB code is On
Smilies are On
[IMG] code is On
HTML code is Off
Forum Jump


All times are GMT +2. The time now is 02:47.


Powered by vBulletin Version 3.5.2
Copyright ©2000 - 2010, Jelsoft Enterprises Ltd.
Copyright ©2005 - 2010, VivaMalta.org. All rights reserved.