PDA

View Full Version : We wish we were here


Artist
25thSeptember2005, 13:45
30 sena ilu
Wish You Were Here
Neither Here Nor There </FONT>minn Kevin Saliba

It-torca.com



http://www.it-torca.com/images/articleimages/logowish.jpg Bhal kull storja ohra dik tal-muzika Rock mhix nieqsa mill-iskerzi, l-izjed fejn tidhol il-fama jew l-istatura leġġendarja li certi esponenti jew xoghlijiet muzikali rnexxielhom jiksbu tul is-snin. Dejjem fl-interpretazzjoni suġġettiva tieghi ta' l-istorja tar-Rock, meta nahseb f'esponenti soppravalutati Elvis Presley, il-Queen u l-Eagles huma l-ewwel ismijiet li jiġuni f'mohhi. Inkwantu albums klassici li nemmen li ma jixirqilhomx l-istima gholja li nghataw, fost ohrajn nghodd lil Brian Salad Surgery ta' l-Emerson Lake and Palmer, Eye In The Sky ta' l-Alan Parsons Project u l-album li qieghed nittratta dan ix-xahar, Wish You Were Here tal-Pink Floyd.


http://www.it-torca.com/images/articleimages/coverwish.jpg Ghalkemm bil-kemm ghadni spiccajt nikteb l-ewwel paragrafu, diġà nista' nisma' lil bosta Flojdisti jitkazaw u jmahhu bejniethom li qieghed nizgarra bil-kbir. Naf bic-cert li Wish You Were Here huwa album mahbub ferm, tant li naf hafna nies li sahanistra jqisuh l-aqwa album li dan il-kwartett qatt hareg bih.

Qabel xejn, tifhmunix hazin. Il-Pink Floyd hija wahda mill-iktar baned favoritit tieghi u certi mumenti f'Wish You Were Here inqishom bhala whud mill-isbah minuti li qatt ġew irrekordjati fl-istorja tar-Rock. Biss biss, is-silta fettieha tieghu hija gojja rari li tinterpreta l-gmiel b'mod li fir-Rock ma tismax bhalu kif ġieb u lahaq. Is-silta Shine On You Crazy Diamond hija tassew djamant leqqien li jibqa' jiddi tul is-snin bla ma jnin qatt. L-atmosfera ta' ġmiel foniku penetranti taghha tfakkarni hafna fil-muzika tal-grupp Progressiv Renaissance, li ladarba qeghdin insemmu l-perverzjonijiet sotrici, tajjeb li ninnota kemm hi tassew hasra li m'huwiex daqstant maghruf u apprezzat.
http://www.it-torca.com/images/articleimages/pinkfloyd1a.jpg Izda mill-esperjenza naf ukoll li l-kollezzjoni muzikali tal-maggoranza ta' dawn tinkludi biss is-soliti obligatorji The Dark Side of the Moon, Wish You Were Here u The Wall u xi kapricci inutli bhal Delicate Sound of Thunder, The Division Bell u Pulse. Daqstant iehor naf x'tendenzi ghandhom l-bicca l-kbira tas-segwaci fanatici tal-grupp. Lil dawn ibqa' cert li ssibilhom kull haġa li hareġ il-grupp, izda mbaghad lil hafna minn dawn issibhom iffosilizzati jaharqu l-katalgu tal-Pink Floyd ad naseum biss u xejn izjed. Ghaldaqstant jidhirli li dawn it-talin m'humiex f'pozizzjoni li jirribattu lil min jikkontesta l-kult li ssawwar dwar il-grupp u l-album Wish You Were Here.

Il-faxxinu l-izjed saljenti f'Shine On You Crazy Diamond aktarx hija l-binja kkalkulata taghha. Minn mumenti ta' trankwilità celestjali s-silta tibqa' tevolvi bil-mod il-mod sakemm tlaqqat sa ma tahsad sa l-ahhar kull tracca ta' hena u tama li ruh is-semmigh tista' qatt tahzen. Huwa biss is-solo tas-sassofanu pjuttost sexy li jaghlaq l-ewwel parti taghha li forsi jaf jghinha terga' tistejqer ghal ftit. Il-grupp hawn jinstema' f'sinergija perfetta, u minkejja li l-hoss ahhari taghha huwa kkalkulat sa l-inqas dettall, xorta wahda jinstema' genwin u sincier.

Mhix xi haġa ta' kuljum li xi hadd jirnexxilu jlibbes lit-traġedja b'libsa daqstant eleganti u magestika minghajr daqq ta' trombi zejjed u sfurzat. Forsi rari wkoll li noti ta' kitarra Blues tqieghdu daqstant tajjeb f'silta maghmulha b'valuri pjuttost progressivi u b'produzzjoni daqstant preciza u mqaxxra. Wiehed ma jridx jinsa' wkoll li Wish You Were Here hareġ ghall-bejgh fl-1975, meta l-ifanfrar muzikali u l-esperimenti kumplessi ta' laqta solenni kienu diga' bdew jurtaw lil widna tal-bicca l-kbira tas-semmiegha ta' dak iz-zmien. Ghaldaqstant kull min f'dawk ic-cirkustanzi ppersista jikkomponi materjal simili issogra mhux ftit. Bizzejjed taraw x'xorti misset lill-baned Progressivi ohrajn bhal Yes u l-Emerson, Lake and Palmer li kull ma jmur bdew isiru dejjem izjed irrelevanti u anke sahansitra mistmerra.
http://www.it-torca.com/images/articleimages/barrett2.jpg Shine On You Crazy Diamond (SoYcD?) hija tribut li ssellem lill-fundatur u eks-membru tal-grupp Syd Barrett. L-aggettivi li juza Roger Waters biex jiddeskrivi lil Barrett, bhal "stranger", "legend", "martyr", "raver", "seer of visions", "painter", "piper" u "prisoner", jittrattaw lil Barrett bhala artist li aktar ma brilla izjed intefa f'qasir zmien, bhal xemgha li aktar ma tarmi dawl aktar tikkonsma lilha nnfisha sa ma tinhela ghalkollox. Ghaldaqstant din is-silta hija sommarju tal-bijografija ta' bosta artisti li r-rigal tal-genju rari taghhom gawdejnih biss mill-Milied sa San Stiefnu.

Kif aktarx tafu Barrett kien iggennen kmieni wisq u kellu jhalli lill-grupp xi sentejn wara li waqqfu. Fil-fatt l-uniku album shih li lahaq ghamel maghhom kien proprju d-debutt memorabbli The Piper At The Gates of Dawn. Bhall-kaz simili ta' Brian Wilson tal-Beach Boys, l-istorja zvinturata ta' Syd Barrett hija wahda mill-akbar kazwalitajiet fl-istorja tar-Rock. Nimmagina li min jippreferi jisma' lil Pink Floyd f'burdati relattivament razzjonali ftit li xejn jiddispjacih li Barrett kellu jabbandunahom daqshekk malajr, izda ladarba hafna drabi jien nippreferi l-era bikrija tal-grupp it-tluq ta' Barrett inikkittni ferm. Izda tiggosta x'tiggosta l-izjed ma tistax tichad li fl-istorja tal-Pink Floyd, u anke f'dik tal-muzika Rock ingenerali, Syd Barrett ghandu post awtorevoli u sehem validu immens. U aktarx ukoll li f'das-sens il-qosor tal-karriera tieghu fin inniffsu jwessa’ l-istatura tieghu qatigh.

Inzerta li b'kumbinazzjoni stramba waqt l-irrekordjar ta' dan l-album Barrett kien fetillu jmur izurhom ghall-gharrieda. Xi storici jirrapportaw li Barrett tant kien inbidel li dak in-nhar il-membri tal-grupp bil-kemm gharfuh. Kultant nistaqsi kienx wasal ghala widnejh li l-album li kienu qeghdin jahdmu fuqu dak il-hin kien iddedikat proprju lilu. Din il-laqgha tfakkarni hafna fit-teorija tas-sinkronicità tal-psikologu Karl Jung, li fil-lingwagg idjomatiku Malti tista' titfisser bl-espressjoni “semmi lix-xitan u jidhirlek” jew bil-qawl “lil min issemmih irid ikollok x'taghtih.”
http://www.it-torca.com/images/articleimages/gilmour2.jpg Wish You Were Here jaghlaq proprju bit-tieni parti ta' din is-silta, li tiftah b'revizjoni u interpretazzjoni vivaci ta' bosta mumenti li nsibu fl-ewwel parti. Hawn David Gilmour u Rick Wright jergghu jiddominaw il-hoss kompletament, sakemm Roger Waters jerga' jidhol ikanta l-vers intelligenti “no one knows where you are, how near and how far.” Minn hemm imbaghad titkompla l-parti kantata mibdija fl-ewwel parti.

Is-silta tissokta b'bosta passaggi muzikali li l-bicca l-kbira taghhom huma xoghol Rick Wright, li f'dan l-album inghata sehem ferm izjed prominenti u mexxej minn qatt qabel u qatt wara. Fil-fatt in-noti tieghu jiddominaw il-hoss ta' album ghal hinijiet twal u ghaldaqstant f'Wish You Were Here jaghmel ferm izjed milli jipprovdi atmosfera fl-isfond kif spiss kien ghamel f'bosta albums precedenti. Hija tassew hasra li Wright m'gharafx jisfrutta din l-opportunità b'mod ezawrjenti biex ghal darba jkun il-protagonist ewlieni. Izda minkejja li f'dan l-album naqas li joffrilna ideat godda u xi minn daqqiet jinstema' wkoll kemmxejn fqir, aktarx li l-aqwa mumenti f'Wish You Were Here huma frott l-immaginazzjoni tieghu.

L-album jaghlaq proprju b'passagg muzikali funebri minn tieghu, li fl-opinjoni tieghi jirrapprezenta l-isbah mument ta' l-album kollu kemm hu. Kif jaghmel fl-ewwel parti Wright jerga' jwahhad in-niket mal-gmiel b'hila tassew impressjonanti, tant li d-diqa li minn banda thossha ttaqqlek waqt li tismghahha taf taghtik ukoll certu gost pervers. Mhux ta' b'xejn li numru kbir ta' kritici jqisu lil Wright bhala wiehed mill-izjed keyboardisti sensibbli li r-Rock Progressiv kellu x'joffri. Madankollu dan ma jfissirx li f'dan l-album Wright gab kollox zewg, izda ghal dan nigi izjed 'l quddiem.

B'kollox iz-zewg siltiet flimkien jghoddu 'l fuq minn 25 minuta, jigifieri kwazi sittin fil-mija tat-tul kollu ta' l-album. Ghaldaqstant ma nistax inqis lil Wish You Were Here bhala xi album li tarmih. Biss biss, l-inkluzjoni ta' din il-kompozizzjoni daqstant awtorevoli hija bizzejjed biex min-naha tieghi tiggarantilu certu rispett. Shine On You Crazy Diamond hija bla dubju wahda mill-aqwa kompozizzjonijiet ta' kull zmien u dwar dan ma narax wisq lok ghall-kontestazzjoni. Fil-katalgu tal-Pink Floyd toqghod komda hafna hdejn tour-de-forces ohrajn bhal Echoes u Atom Heart Mother, u bhala silta twila tista' titqabbel tajjeb hafna wkoll ma' xoghlijiet celebri ta' baned progressivi Brittanici ohrajn bhal Supper's Ready tal-Genesis jew Close To The Edge tal-Yes.

Madankollu xorta ma nista' qatt inpoggi lil Wish You Were Here fit-totalità kollha tieghu fuq l-istess livell. Anzi, jidhirli li l-prezenza ta' Shine On You Crazy Diamond f'dan l-album hi xi ftit jew wisq ta' dannu, ghax komplessivament l-album jonqos bil-kbir li jilhaq l-aspettattivi superlattvi li jwebbel bihom lis-semmiegh waqt l-ewwel minuti tant brillanti tieghu.

Wiehed jista' jiribatti li l-fatt li l-album jinzerta jaghlaq proprju bit-tieni parti ta' l-ewwel silta ghandu jtaffili xi ftit minn dan id-dizappunt, u ma' dan il-punt naqbel mija fil-mija. Madanakollu dan xorta wahda ma jibbastanix biex naghlaq ghajnejja, jew ahjar insodd widnejja, ghan-nuqqasijiet li ninnota b'dispjacir f'certi siltiet. Minkejja l-mumenti atmosferici daqtant splendidi li jaghtina, Wish You Were Here ghalija jibqa' xoghol imraqqa', inkonsistenti u inkomplet, jew kif jghidu l-Inglizi, patchy.

Sitwazzjonijiet bhal dawn ikkidunni. Meta nisma' albums li nkun nixtieq inqishom bhala gojji izda ma nkunx nista', inhoss certa frustrazzjoni li kull min hu midhla tar-recensjonar tal-muzika zgur ihossu skomdu jgarrabha. Wish You Were Here mhux l-uniku ezempju ta' dan. Albums klassici minn dik l-era li jirritawni bhal dan huma 2112 tar-Rush, Tarkus ta' l-Emerson Lake and Palmer, Houses of the Holy tal-Led Zeppelin, The Joshua Tree tal-U2 u anke The Wall tal-Pink Floyd.

Fil-kaz ta' Wish You Were Here is-sitwazzjoni hi forsi wkoll aghar. Minkejja li dan forsi jista' jitqies bhala l-ahjar prodott li f'nofs is-snin sebghin ir-Rock Progressiv seta' qatt joffri, jidhirli li f'dan l-album il-hoss tal-grupp bl-ebda mod ma jkompli javvanza xi ftit 'l quddiem. Fil-fatt nahseb li f'dan l-istadju l-Pink Floyd waqfu jevolvu, aktarx ghax ma ftit li xejn kellhom fejn jikbru izjed. Wish You Were Here huwa album li jiccelebra u forsi jsahhah kemm kemm l-izjed kisbiet recenti tal-grupp, izda mkien ma jgebbed izjed il-potenzjal kreattiv tal-grupp.
http://www.it-torca.com/images/articleimages/wright2.jpg L-album precedenti The Dark Side of the Moon, li facilment jista' jkun l-iprem xoghol taghhom, kien temm l-evoluzzjoni fil-hoss tal-grupp. Roger Waters stess stqarr kemm-il darba li wara The Dark Side of The Moon il-grupp kien kreattivament ezawrit, u dan forsi jispjega xi ftit ukoll l-ghala Wish You Were Here huwa l-ahhar album li jinkludi bosta kontribuzzjonijiet muzikali sinifikanti minn David Gilmour u Rick Wright. Nistghu nghidu li fl-album sussegwenti Animals b'xorti tajba t-tmun gie ghalkollox f'idejn Roger Waters. Nemmen li kien bis-sahha tieghu li lejn nofs is-snin sebghin ir-relevanza ta' l-isem Pink Floyd ma nbarmitx bhal dik ta' baned progressivi ohrajn, tant li baqghet tkarkar ghall-bqija tad-decennju.

Kif ghedt qabel, f'Wish You Were Here jezistu nuqqasijiet ovvji, l-izjed fis-silta Welcome To The Machine u partikolarment f'Have A Cigar. Dik l-atmosfera katartika msawwra f'Shine On You Crazy Diamond f'ta' l-ewwel tghib ghalkollox f'daqqa wahda, u niddahhlu f'dinja tal-magni fejn kollox jinstema' sintetiku u robotiku. Filli tkun qieghed tohlom holma mill-isbah u f'daqqa wahda taqa' mis-sodda, tahbat rasek ma' l-art u ma tkunx taf x'laqtek. Huwa minnu li s-silta hija kritika harxa ta' l-industrija tal-muzika u li ghalhekk f'dan il-kuntest il-hsejjes taghha huma adattati u rezonanti, izda daqstant iehor nemmen li din is-silta setghet kienet hafna ahjar.

Richard Wright forsi jigborha xi ftit, izda ghad li xi minn daqqiet matuluha nisthajjlu verzjoni mrazzna ta' Keith Emerson jew Rick Wakeman, kultant xorta wahda narahom pompuzi zzejjed. U hawn ukoll, sinjali ta' xi progress notevoli ma jidhru mkien ghax fl-ahhar mill-ahhar bosta mill-hsejjes elettronici ta' Wright m'huma xejn hlief riciklagg ta' materjal li kien offrielna qabel, partikolarmant f'Dark Side Of The Moon. Kemm se ndumu nisimghu rjieh ivenvnu ma' widnejna fid-diski tal-Pink Floyd?
http://www.it-torca.com/images/articleimages/mason.jpg Nghid is-sew insibha bi tqila nemmen li dan huwa l-istess muzicist li ftit minuti qabel kien qieghed ipaxxini daqstant. Madankollu jekk tnehhi n-noti ta' Wright minn din is-silta kwazi ma jibqa' xejn ghax l-effett tas-silta ma jmurx lil hinn minn dak sempliciment atmosferiku. Fi kliem iehor bhala diska Welcome To The Machine f'seba' minuti ma tasal mkien, u ghaldaqstant tajjeb jew hazin ikollna nikkuntentaw ruhna b'dak li tajjeb jew hazin joffrilna Rick Wright. U meta tqis li f'din is-silta Wright ma joffri xejn gdid u frisk, id-deluzjoni twegga' ferm izjed.

Bhalli kieku din iz-zelqa fin-niexef ma kinitx bizzejjed, l-album ikompli b'silta offensiva ta' l-oghla grad, li minkejja li tistidinni nixghel sigarru lili izjed thajjarni nitfi l-isterjo minnufih. Have A Cigar hija wahda mill-aghar siltiet li qatt irrekordjaw u l-inkluzjoni taghha Wish You Were Here hi cajta goffa li mhux lakemm tintesa. Hija silta blues medjokri ghall-ahhar li zgur ma tixraqx lill-grupp ta' dik l-istatura, l-izjed f'xoghol bhal dan li jiftah fuq nota daqstant promettenti.

Il-lirika taghha hi wkoll kritika ohra ta' l-industrija muzikali, li f'dak iz-zmien kienet qieghda tisfrutta kemm tiflah is-success meritat u l-profitti li l-grupp kien irnexxilu jikseb. Anke jekk mhix xi gran che din il-kritika hi l-unika haga li tassew nista' napprezza dwarha, ghax l-industrija muzikali dak iz-zmien kienet digà bdiet issir il-mostru halliel li nafuha illum. Mill-bqija ma nistax nifhem kif xi hadd jista' qatt iqisha bhala diska suriet in-nies. Ghaldaqstant lil Waters hawn nghidlu li minflok sigarru nippreferi mmur niehu nghasa.

Biex tghaxxaqha il-pronunzja vokalika taghha minn Roy Harper ma ghenitx wisq lanqas. Ghad li Harper minn dejjem kien esponent muzikali decenti, f'Have A Cigar ftit li xejn qata' sandar. Anzi, ikolli nghid kompla ghaffigha izjed milli setghet kienet. Dan zgur ma kienx il-kaz li tghid "Hats Off To Roy Harper", li inzertat ukoll wahda mill-izjed diski orrendi fil-katalgu tal-Led Zeppelin.
http://www.it-torca.com/images/articleimages/rogerwaters.jpg Wara zewg siltiet nofsanin bhal dawn jaghtini li nispicca nitkellem wahdi u kontra qalbi nistaqsi "emmm, by the way, which one is Pink?" B'xorti tajba r-risposta tibda tinghatali ftit ftit mal-ftuh tat-title track Wish You Were Here. Hawn il-grupp idawwar hsiebu mill-gdid lejn il-mohh mudlam ta' Syd Barrett biex jerga' jdawwal is-sitwazzjoni. Donnu f'dan l-istadju hsieb Barrett biss seta' tassew jispirahom biex jiktbu materjal intelligenti.

L-introduzzjoni akustika semplici taghha hija mill-izjed effettiva u sservi ta' ezempju iehor tal-filosofija tal-grupp li sa certu punt dejjem fittex li jaghmel izjed b'inqas. Il-lirika taghha hi mill-izjed awtentika, l-izjed il-vrus immortali tar-ritornell: How I wish, how I wish you were here/ we're just two lost souls swimming in a fish ball, year after year/running over the same old ground, what have we found?/the same old fears, wish you were here...

Il-vrus ghandhom laqta nostalgika uqita li jmissuli qalbi fil-fond, tant li minkejja li m'inix xi devot ta' dan l-album, mhux l-ewwel darba li tajtu bhala rigal personali lil qraba u hbieb li c-cirkostanzi tal-hajja ghal xi raguni jew ohra beghduni minnhom. Minhabba l-appell universali taghha, hija diska li taghti hafna tifsiriet differenti lil hafna nies. Aktarx huwa proprju dan il-lat sentimentali li jaghmilha daqstant maghrufa u mahbuba. Mill-bqija ma nemminx li muziklament Wish You Were Here ghandha xi haga ahjar minn kompozizzjonijet ohrajn ta' Roger Waters bhal Crying Song, Cymabline, If, Fearless, A Pillow of Winds u Wat's... Uh The Deal. Wish You Were Here hija sempliciment diska tajba. Xejn izjed u xejn inqas.

Kollox ma' kollox l-istess jista' jinghad ghal dan l-album, li minkejja li hu mzejjen b'mumenti literallment magici jonqos milli jzomm livell sodisfacenti sa l-ahhar. Ghaldaqstant l-agha li spiss issir dwar dan ix-xoghol ma nqishiex iggustifikata, l-izjed meta nzomm f'mohhi min ikkompona dan ix-xoghol. Li kieku dan kien album ta' banda progressiva medjokri bhal nghidu ahna Fruup jew Eloy kont zgur nivvalutah hafna izjed, izda ladarba huwa prodott tal-Pink Floyd nemmen li ghandi nuza kriterji differenti.
http://www.it-torca.com/images/articleimages/pinkfloyd3.jpg Wara dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha fejn insibu ruhna? Fejn waslu l-Pink Floyd fl-evoluzzjoni taghhom wara Wish You Were Here? Ghalija r-risposta hija neither here nor there. Jekk titraduci din il-frazi ghall-Malti kelma b'kelma tigi tfisser li ma waslu mkien; la hawn u lanqas hemm. Jekk mill-banda l-ohra thalliha bl-Ingliz tfisser li waslu fejn waslu mhux importanti, u ghaldaqstant dan il-pass fi triqthom kien irrelevanti. Ghaldaqstant l-espressjoni neither here nor there hi l-frazi li tiddeskrivi l-ahjar lil dan ix-xoghol, ghax minbarra li tirrimma helu helu mat-titlu tieghu, tissuggerixxi wkoll li l-grupp jew ma mexa xejn jew jekk ghamel xi pass ghamlu fil-vojt.

U jekk irridu nkompli nirrimaw, nistghu nghidu wkoll li Wish You Were Here mhux biss kien neither here nor there, imma wkoll li ahjar mid-Dark Side of The Moon ma seta' qatt tassew ikun.

Kellhom imbaghad igibu tliet annimali, biex jaghggbu mill-gdid lil xi wiehed bhali…

DEDIKA: Lil dawk li hallewni warajhom u lil kull min ghad inhalli warajja. Inhobbkom.



* * * * * * * * * * * * * * *



Albums ohrajn li dan ix-xahar jaghlqu xi anniversarju kwinarju

40 sena:
The Hollies – The Hollies
Animal Tracks (US) – The Animals



35 sena:
Paranoid – Black Sabbath
Abraxas – Santana
Loaded – Velvet Underground
Death Walks Behind You – Atomic Rooster
Soundtracks – Can
If I Could Do It All Over Again, I'd Do It All Over You – Caravan
Get Yer Ya-Ya's Out (The Rolling Stones in Concert) – The Rolling Stones



30 sena:
Extra Texture – George Harrison
Minstrel In The Gallery – Jethro Tull
Wish You Were Here – Pink Floyd
Landed – Can
Scheherazade And Other Stories – Renaissance
Raindance – Gryphon



25 sena:
Heartattack and Vine – Tom Waits
Hotter Than July – Stevie Wonder
Never For Ever – Kate Bush
Paris – Supertramp
Scary Monsters – David Bowie
Fresh Fruit for Rotten Vegetables – The Dead Kennedys



20 sena:
Hounds of Love – Kate Bush
This Nation’s Saving Grace – The Fall



15-il sena:
Heaven Or Las Vegas – Cocteau Twins
In A Priest-Driven Ambulance – The Flaming Lips



10 snin:
Clouds Taste Metallic – The Flaming Lips
Washing Machine – Sonic Youth
The Great Escape – Blur



5 snin:
Selmasongs – Björk

Mirko
25thSeptember2005, 14:07
Is-silta Wish you were here kitibha Gilmour mhux Waters. Shine on you Crazy Diamond part 1 sa 6 huma wahda mill l-aqwa haga li qatt kitbu il-floyd. is-siltiet l-ohra iqabbduni il-hara!

Jien fan kbirrr ta Syd Barrett ghal dawn l-ahhar xhur u nigri bil-flokk tieghu! Il-Piper at the Gates of Dawn u il-ftit singles li hareg mal-floyd qabel tefawh il-barra huma all time favourites!