PDA

View Full Version : Il-PM Gonzi fuq l-impenn tal-Gvern li jkattar is-servizzi mediċi u kura ta' kwalita'


Arya
7thSeptember2005, 21:03
Il-PM Gonzi fuq l-impenn tal-Gvern li jkattar is-servizzi mediċi u kura ta' kwalita' għolja għall-poplu Malti kollu
Miktub: 07/09/2005 11:43:41
Awtur: Karl STAGNO NAVARRA http://www.maltarightnow.com/content/images/GONZI%20L.%20PN%20ATTARD%20007.JPG
HAT ATTARD - Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hi li jfittex l-aħjar f’kull qasam, partikolarment f’dawk l-oqsma li jolqtu aktar mill-qrib mill-poplu Malti u Għawdxi bħalma hu s-settur tas-saħħa. L-investiment fis-saħħa mhux limitat biss għat-tkomplija ta’ l-isptar il-ġdid, iżda l-investiment fis-saħħa qed jissarraf f’aktar eżamijiet mediċi u aktar operazzjonijiet. B’hekk in-nies qed jingħataw kura aħjar u aktar avvanzata u jgħixu aktar fit-tul. Dan hu qasam fejn il-Gvern qed jaħdem biex int tgħix aħjar. Dan qalu l-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi waqt attivita’ soċjali li fiha ingħata ġieħ lill-ex Deputat Nazzjonalista Frank Portelli, fl-uffiċċju tal-Partit Nazzjonalista ta’ Ħ’Attard (RITRATT).

Il-Prim Ministru saħaq li pajjiżna soluzzjonijiet u azzjoni immedjata jrid m’hux kliem fieragħ u politiċi li jippruvaw jirbħu l-voti minħabba l-opportuniżmu politiku kif jagħmel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Alfred Sant fuq l-issues kollha ewlenin li jkunu fl-aġenda poltika tal-pajjiż. Lawrence Gonzi rrefera għal kwestjonijiet bħall-Unjoni Ewropea, il-parteċipazzjoni tal-partit politiċi fil-Kunsilli Lokali u l-Isptar il-ġdid fost l-oħrajn. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rrefera b’mod partikulari għall-mod kif Alfred Sant joħroġ jitkellem f’mumenti sensittivi tan-negozjati tal-Gvern fuq kwestjonijiet kruċjali bil-għan li jagħmel il-bsaten fir-roti u jħrabat dak li l-Gvern ikun qed jipprova jikseb fl-interess tal-pajjiż. Dan l-istil ta’ politika m’hux biss żarma l-Gvern ta’ Alfred Sant bejn l-1996 u l-1998 iżda tellef lill-Partit Laburista żewġ Elezzjonijiet Ġenerali, sostna l-Prim Ministru. Quddiem dan ix-xenarju l-Prim Ministru saħaq li meta l-poplu jasal biex jagħmel l-għażla irid jagħmel il-paraguni u l-kuntrasti. F’dan l-istadju l-Prim Ministru rrefera għall-iżbilanċ u l-impjiegi. Hu qal li fejn fis-sentejn ta’ Alfred Sant l-iżbilanċ tela’ għal Lm300 miljun taħt Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista l-iżbilanċ nieżel b’mod kontinwu u konsistenti. Għall-qasam ta’ l-impjiegi fejn fis-sentejn ta’ Alfred sant il-qgħad żdied b’1,500 fis-sena li għaddiet il-qgħad naqas b’1,100.

Lawrence Gonzi rrefera għas-settur tas-saħħa li miegħu għandu rabta qawwija t-Tabib Frank Portelliu qal li bl-investiment li qed isir fil-qasam tas-saħħa, ċertu mard qiegħed jiġi identifikat minn kmieni u għalhekk il-klijenti tas-servizzi tas-saħħa jkunu jistgħu jingħataw kura minn kmieni u kura f’waqtha f’Malta stess. Hu rrefera għal mod kif illum qed isiru f’Malta operazzjonijiet tal-qalb, li qabel kienu jsiru barra biss. Il-pazjenti qed jingħataw kura ta’ kwalita’ għolja f’Malta stess. Dan inaqqas l-istrapazz kemm għall-pazjenti u għall-qraba f’mument diffiċli. Il-Prim Ministru qal li aktar servizzi u kura medika twassal ukoll biex tiżdied id-domanda. Bl-istess mod il-fatt li bil-kura li qed tingħata n-nies qed jgħixu aktar, qed tiżdied id-domanda għas-servizzi li ġġib magħha l-anzjanita’.

L-investiment u n-nefqa fis-saħħa hi espressjoni ta’ solidarjeta’, fejn permezz tat-taxxi li jinġabru tingħata għajnuna u kura lil min ikollu bżonn. In-nefqa fis-saħħa qed tiżdied u minn Lm59 miljun fl-1997 telgħet għal Lm128 miljun din is-sena. Lawrence Gonzi qal li hu appella diversi drabi biex is-saħħa ma tkunx ballun politiku. Iżda l-oppożizzjoni ma laqgħetx dan l-appell. Meta l-Gvern kien wasal għall-ftehim dwar id-data tal-flus u n-nefqa totali għall-Isptar Mater Dei, il-mexxej laburista għamel attakk fuq min kien qiegħed jinnegozja għan-nom tal-poplu Malti. Prova jagħmel il-bsaten fir-roti lill-interess nazzjonali.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzonalista tkellem ukoll dwar is-sehem ta’ Frank Portelli fil-politika. Hu qal li fiż-żmien li kien deputat bejn l-1987 u l-1992, Frank Portelli kien politiku attiv u vuċi effettiva tal-kostitwenti tiegħu fil-Parlament. Hu qal li bħala deputat kien il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija fil-Kunsill ta’ l-Ewropa. Il-Prim Ministru fakkar li Frank Portelli kien fuq quddiem nett fil-ġlieda favur il-libertajiet u d-drittijiet tal-poplu Malti fis-snin 80. Fl-1980 saħansitra kien tressaq il-Qorti għaliex kien tkellem kontra irregolaritajiet li kienu qed isiru meta l-Gvern Laburista ried jagħlaq il-Blue Sisters. Frank Portelli kellu l-appoġġ ta’ 99 avukat fil-proċeduri li kienu qed isiru. Lawrence Gonzi temm jgħid li Frank Portelli serva wkoll bħala President ta’ l-għola żewġ organi tal-Partit Nazzjonalista – Il-Kunsill Ġenerali u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.