Artist
3rdSeptember2005, 13:38
L-Assocjazzjoni Medika Maltija u s-salarji tat-tobba:
Passi legali jew azzjoni industrijali minn Victor Vella
Ittra ufficjali li l-Gvern baghat lill-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) li turi li dan se jibqa’ jzomm il-pozizzjoni tieghu rigward differenzi fil-kundizzjonijiet u s-salarji tat-tobba, qieghda turta bil-kbir lill-MAM, tant li f’kummenti lil l-orizzont, is-Segretarju Generali tal-MAM, Dr. Martin Balzan, qal li l-assocjazzjoni ghandha zewg toroq x’tiehu fil-konfront tal-Gvern jew it-triq legali jew dik ta’ azzjoni industrijali.
Dr. Martin Balzan, enfasizza ma’ l-orizzont li “din il-kwistjoni mhux se nhalluha torqod. Ghalissa nhossu li mhux prudenti li nghidu liema triq se niehdu, izda hu zgur li bhala MAM se niehdu passi biex din id-diskriminazzjoni fil-konfront tat-tobba tispicca.”
Is-Segretarju Generali tal-MAM, meta mitlub jikkonferma minn l-orizzont jekk il-Gvern baqax izomm il-pozizzjoni tieghu rigward kundizzjonijiet tax-xoghol differenti fost it-tobba, qalilna li “nista’ nghid li l-Gvern irrispondina b’mod ufficjali fejn dan baqa’ jzomm il-pozizzjoni tieghu dwar din il-kwistjoni.
“Fl-ittra il-Gvern qed jghid li ghandu ragun. Ahna, min-naha taghna, ghadna nzommu l-pozizzjoni taghna. Issa li ghandna risposta ufficjali minghand il-Gvern, hejjejna l-pjani li bihsiebna niehdu dwar din il-kwistjoni. It-toroq quddiemna huma tnejn, jew niehdu passi legali, jew inkella niehdu azzjoni industrijali. Zgur li mhux se nhallu din il-kwistjoni torqod.”
Sadanittant il-MAM ippubblikat ittra ta’ appogg li hi ffirmata minn 250 tabib membri ta’ l-istess Assocjazzjoni Medika Maltija. Din l-ittra taghti appogg ghall-pozizzjoni li l-MAM hadet fil-kwistjoni ta’ differenzi fis-salarji u l-kundizzjonijiet tat-tobba.
L-ittra tghid li “il-livell gholi ta’ dedikazzjoni li t-tobba Maltin juru lejn il-pazjenti hija riflessa fil-figuri baxxi ta’ mortalità, fejn il-figuri Maltin jikkomparaw tajjeb ma’ dawk ta’ l-Ewropa tal-Punent.
“Ir-rizultati miksubin f’Malta saru minkejja li s-salarji tat-tobba huma baxxi. Li nsalvaw il-hajjiet hu x-xoghol taghna u ahna kollha kommessi li dan il-ghan jintlahaq billi nkunu team ta’ tobba fid-diversi specjalizzazzjonijiet. L-ispecjalizazzjonijiet kollha huma importanti u indispensabbli biex il-pazjenti jiehdu l-aqwa kura. Hu importanti li jigu salvati l-hajjiet kollha u mhux dawk biss li jkollhom problemi b’mard tal-qalb.”
L-ittra, iffirmata minn 250 tabib, tkompli tghid li “huwa zball kemm moralment kif ukoll legalment, li l-Gvern jibqa’ joffri kundizzjonijiet differenti tax-xoghol lil tobba fl-istess gradi. Nappella lid-Dipartiment tas-Sahha biex jirranga s-sitwazzjoni mill-aktar fis.
“Is-sitwazzjoni titranga biss jekk il-Gvern itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xoghol u jekk ikun hemm opportunitajiet ugwali ghal kulhadd. Il-kundizzjonijiet hziena tax-xoghol ghat-tobba qeghdin iwasslu biex aktar tobba jitilqu minn pajjizna halli jmorru jahdmu barra minn Malta. Dan qieghed iwassal ghal tnaqqis fis-servizzi u zieda fil-listi ta’ stennija ghal operazzjonijiet.”
Fl-ittra taghhom, it-tobba oggezzjonaw ghal attakki li saru fuq ufficjali tal-MAM minn sezzjoni ta’ l-istampa u qalu li huma jaghtu l-appogg lill-Assocjazzjoni f’din il-kwistjoni.
Ftit tal-gimghat ilu l-MAM kienet wissiet lill-Gvern li se jkollu jiffaccja konsegwenzi serji jekk id-Divizjoni tas-Sahha mhix se tkun konformi mal-ligijiet ta’ l-Unjoni Ewropea u mal-ligijiet nazzjonali rigward hlasjiet lit-tobba.
Il-MAM ilmentat li tobba li gejjin mill-pajjizi tal-Lvant ta’ l-Ewropa ddahhlu fin-nassa li ma jhallsux taxxa u din iccahhadhom mis-servizzi socjali. Dawn it-tobba qeghdin jigu mcahhda minn pensjoni u access ghal servizzi socjali jekk huma jieqfu mix-xoghol. Il-MAM kienet enfasizzat li dan huwa illegali u kuntrarju ghal dak li jghidu r-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-moviment hieles tal-persuni.
victorvella2002@yahoo.com