Artist
1stSeptember2005, 15:58
X'jitlob unur Malta? minn John Cachia
l-orizzont.com
http://www.l-orizzont.com/images/articleimages/kland010905.jpg FL-20 ta’ Awissu l-orizzont gie ppubblikat rapport bl-isem “Qatt ma konna strutturati ghall-immigrazzjoni illegali”, fejn il-Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Karm Vassallo, gie kkwotat li qal hekk f’konferenza ta’ l-ahbarijiet:
(a) “Il-problema ta’ l-immigranti illegali giet maghna, baqghet maghna u qatt ma konna strutturati ghaliha” (enfasi tieghi).
(b) Ftit ’l isfel huwa zied: “...meta l-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali qed tkompli tikber” (enfasi tieghi).
Rigward (a) il-Kmandant ghandu ragun ghax l-ebda armata mhi “strutturata” ghall-“problema ta’ immigranti illegali”.
Dak li qal f’(b) fakkritni f’dak li deher f’l-orizzont tat-2 ta’ Awissu fir-rapport “Jintefa’ aktar piz fuq l-Armata Maltija” ta’ John Pisani li kiteb hekk:
“Aktar kmieni din is-sena ghaddiet ligi internazzjonali li se tigi fis-sehh mill-1 ta’ Gunju 2006. Din il-ligi tghid li kull salvatagg li jsir fl-ibhra li huma responsabbli ta’ Malta mhux aktar se jiddahhlu fl-eqreb port, izda f’Malta. Din il-ligi kienet imfissra fid-dettal mill-Brigadier Vassallo” (enfasi tieghi).
Ir-reporter Pisani kien qed jirreferi ghar-rapport tieghu stess bit-titlu “Is-sena d-diehla rridu naccettaw il-klandestini kollha” li deher fil-harga ta’ l-orizzont tal-25 ta’ Gunju li ghadda fejn kiteb x’qal il-Brigadier:
“Konvenzjonijiet internazzjonali li se jgibu fis-sehh ligi gdida f’Gunju tas-sena d-diehla se tfisser li l-klandestini kollha li jghaddu mill-ibhra Maltin, Malta se tkun obbligata taccettahom kollha f’pajjizna.
“Meta l-Brigadier Carm Vassallo kien qieghed jiehu sehem fil-programm ‘Realtà’, immexxi minn Brian Hansford fuq Smash Television, qal li l-Flight Information Region (FIR) ta’ Malta tkopri 260,000 kilometri kwadri minkejja c-cokon ta’ pajjizna” (enfasi tieghi).
Aktar ’l isfel ir-rapport zied: “Izda minn Gunju tas-sena d-diehla, minkejja li dawn (klandestini) ikunu aktar minn 100 mil barra mill-kosta Maltija, se jkunu responsabbiltà ta’ Malta u jingiebu Malta”.
U izjed ’l isfel ir-rapport kompla hekk:
“Anke dghajsa li tkun 300 mil ’il boghod minn Malta u vicin hafna ta’ Kreta, xorta wahda tiddahhal Malta ghax hekk tghid il-ligi. Il-Brigadier Vassallo qal li mill-bidunett Malta wriet li ma taqbilx, izda l-maggoranza qablu li din il-ligi tigi fis-sehh u ghaldaqstant m’hemmx triq ohra” (enfasi tieghi).
Ta’ min josserva li:
(1) Skond ir-rapport il-Brigadier la semma liema huma l-konvenzjonijiet u lanqas it-titlu tal-ligi internazzjonali;
(2) Skond ir-rapport lanqas staqsewh dwar dawn;
(3) Kien, xi darba, inghata l-ahbar li l-Gvern Malti ha sehem f’din il-ligi internazzjonali?;
(4) “L-ibhra Maltin” mhux suppost huma l-ibhra territorjali ta’ 12-il mil?;
(5) Din x’redikolagni hi li waqt li l-kobor tal-gzejjer Maltin huwa ta’ 316-il kilometru kwadru bellghulu responsabbiltà ta’ 260,000 kilometru kwadru?;
(6) Jekk Malta ma qablitx ma’ din il-ligi internazzjonali ghaliex accettatha meta taf sewwa li se titghaffeg taht il-piz?
Tiskanta meta l-Brigadier, skond ir-rapport, gie biex qal: “ghax hekk tghid il-ligi” waqt li zied “u ghaldaqstant m’hemmx triq ohra”!
Qabel Malta ddahhlet membru shih fl-Unjoni Ewropea kemm tfanfru meta kienu jghidu: “Kif Malta ssir membru tpoggi madwar l-istess mejda mal-pajjizi l-kbar”. B’diskors vojt bhal dan riedu jimlew mohh il-poplu biex juru l-istima li Malta suppost kienet se tgawdi bhala membru ta’ l-UE. Bhala ezempju klassiku ta’ din is-suppost stima, bizzejjed wiehed jaqra li gej mehud mir-rapport “Malta injorata mill-‘Hamsa l-Kbar’: Malta assenti mill-mejda tad-decizjonijiet”, li deher fil-KullHadd tas-7 ta’ Awissu.
“Malta tinsab izolata mill-hames pajjizi ewlenin ta’ l-UE, maghrufin bhala l-‘Hamsa l-Kbar’ li qeghdin ifasslu bejniethom u jiddeterminaw il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea fil-konfront tal-krizi ta’ l-immigrazzjoni illegali li bhalissa, tinsab fl-eqqel taghha fil-Mediterran. Franza, l-Italja, Spanja, il-Germanja u l-Ingilterra qeghdin jiltaqghu f’laqghat separati li jeskludu lill-pajjizi l-ohrajn ta’ l-UE”.
Aktar ’l isfel ikompli: “Il-Hamsa l-Kbar qeghdin jahdmu biex jibaghtu lura lejn il-pajjizi ta’ l-origini taghhom lil eluf ta’ immigranti illegali li bhalissa jinsabu fl-Italja, Franza u Spanja”.
Mhux hekk biss, izda dawn il-Hamsa Kbar “iddecidew li jeskludu lil Malta anke meta ssir ufficjalment membru shih ta’ l-UE, ma tkunx prezenti ghal-laqgha u waqt decizjonijiet dwar l-immigrazzjoni illegali”. Biex jghaxxaqha jigi l-Ministru Fran-ciz ta’ l-Intern Nicolas Sarkozy jiddefendi l-eskluzjoni ta’ Malta mit-tfassil tal-politika ta’ l-UE dwar l-immigrazzjoni illegali fil-Mediterran.
”Dan hu l-mod kif nahdmu ahjar”, huwa qal. Jigifieri l-ahjar mod huwa li jiltaqghu, jitkellmu bejniethom u jiddeciedu l-Hamsa l-Kbar biss.
Min ghadu, jew jista’ jemmen li l-membri kollha, kbar u zghar, ta’ l-Unjoni Ewropea huma ugwali, bl-ebda nuqqas ta’ stima bejniethom fejn tidhol is-sovranità jew li fl-ghaqda ta’ l-UE tinstab dik is-solidarjetà li tant jiftahru biha?
Il-Gvern taghna possibbli ma jafx kemm gergru dwar dan kollu l-Finlandja u l-Awstrija biex ma nsemmix membri ohrajn?
Issa nigu ghal punt iehor. Fil-harga ta’ l-orizzont ta’ l-20 ta’ Awissu hemm daqsxejn ta’ ahbar rilevanti ferm. Din l- ahbar taht ir-ras “Immigrazzjoni illegali” u tahtu t-titlu “Il-Gvern u l-obbligi internazzjonali.”
L-ewwel nofs ta’ l-ewwel paragrafu jinqara hekk:
“Il-Ministru tal-Gustizzja qal li l-Gvern Malti mhu qed jeskludi ebda ghazla dwar l-obbligi internazzjonali li ghandu dwar l-immigrazzjoni illegali ghax stqarr li ma jafx kif se tizviluppa s-sitwazzjoni fil-futur” (enfasi tieghi).
Dawn x’affarijiet huma? Hawn jixraq ftit rimarki:
(1) Mela l-Ministru tal-Gustizzja ma jafx bil-ligi internazzjonali li semma u spjega l-Brigadier Vassallo u l-mappa li dehret f’l-orizzont tal-25 ta’ Gunju?
(2) Jekk din il-ligi se tidhol fis-sehh is-sena d-diehla kif ma jistax jissoponi “kif se tizviluppa s-sitwazzjoni fil-futur” meta fil-prezent digà ghandna krizi?
(3) U s-sitwazzjoni ta’ krizi tkun ferm akbar milli ghandha Malta llum meta tikkunsidra li pajjizna, ghalkemm membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea, se jibqa’ izolat mill-istess Unjoni Ewropea u bla ghajnuna biex jehles mill-klandestini bhalma qeghdin jiftehmu li jaghmlu l-Hamsa l-Kbar?
Ghaliex il-Ministru tal-Gustizzja, meta jaf sewwa tassew il-krizi li ninsabu fiha, qed isibha bi kbira biex jissospendi jew jirrinunzja obbligi internazzjonali meta Malta ghandha bosta ragunijiet serjissimi ferm biex tiggustifika pass bhal dan?
Pajjizi kbar u zghar irrinunzjaw trattati, konvenzjonijiet u rizoluzzjonijiet ta’ l-Assemblea Generali u tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Gnus Maghquda.
Zewg ezempji bizzejjed:
(i) Il-President Amerikan rema (a) trattat dwar il-missili ballistici; (b) trattat ta’ Kyoto; u (c) trattat tal-Qorti Internazzjonali.
(ii) Il-Prim Ministru Ingliz tant irid jaghmel ligi iebsa kontra t-terrorizmu li lest isib mod kif jehles kemm jista’ minn dak li jitlob il-Human Rights Act ta’ l-1998 li l-Ingilterra stess kellha sehem kbir fit-tfassil tieghu.
Nisthajjel il-qarrej jghid: Imma dawn l-Istati Uniti u l-Ingilterra. Allura Malta, ghax nitfa, m’ghandhiex nies jghixu fuqha? Ghax nitfa, ghandha thalli lilha nfisha titghaffeg?