PDA

View Full Version : L-annimali jkisrru habs


malsey
2ndJuly2005, 19:20
L annimali li hemm kordin, qajmu rewwixta, u kissru xi partijiet tal habs. xi jridu dawn il kriminali iktar, milli ghandhom?? Tghid peppi issa jpingijhom bhal heros:mad:


http://www.maltarightnow.com/news/portal.asp?module=article&t=a&aid=3290&cid=19


Rewwixta fil-Ħabs ta' Kordin
Miktub: 02/07/2005 17:18:26
Awtur: Karl STAGNO NAVARRA http://www.maltarightnow.com/content/images/HABS%201.jpg
RAĦAL ĠDID : Kmieni llum wara nofs in-nhar kien hemm rewwixta fil-ħabs ta' Kordin hekk kif il-priġunieri li jinsabu f'diviżjoni minnhom qajmu xi storbju, li eskala għal ħruq ta' diviżjoni tal-ħabs, u kif ukoll wassal biex jisfaw feruti xi nies. F'dan l-irvell kellhom jissejħu membri ta' l-SAG, kif ukoll għadd ta' ambulanzi u tobba. Jidher li ta' l-anqas żewġ persuni sfaw feruti f'din ir-rewwixta, u kellhom jittieħdu lejn l-Isptar, għalkemm s'issa għadu mhux magħruf x'kien li wassal għal din ir-rewwixta.

Sa siegħa wara jidher li kollox kien taħt kontroll. Aktar dettalji għadhom qed jaslulna.

umberto
2ndJuly2005, 19:22
irrispetta l-annimali mals. :)

PERICLES
2ndJuly2005, 19:43
Minn sorsi ta' min joqghod fuqhom smajt li l-habsin li ghamlu r-rewwixta kienu KOLLHA GHARAB.

Angelfish
2ndJuly2005, 23:07
u bhas soltu , tippretendux illi ha jtuna xi informazzjoni fejn jidhol ksur ta' ligi min nies li m'humiex Maltin halli m jkunux kawza ta' incitament trazzjali jew xenofobu. S'issa idDi-ve ghada ma intebhitx b'dan il breaking news jew qed tistenna instruzzjonijiet ta' kif ghanda taghti din l ahbar.
:rolleyes:

malsey
2ndJuly2005, 23:14
e mela il gurnalist sansun ma jghidx xi haga li tista tolqot hazin nies ohra hlief maltin;)

Mazzola75
2ndJuly2005, 23:35
Fuq is-super one qalu li kienu l-barranin li qalghu l-inkwiet.