Abramortiis
19thJune2005, 14:43
Rapport tal-Kunsill ta’ l-Ewropa...
Il-gvern hati ta’ tortura </FONT>minn Aleks Farrugia
http://www.it-torca.com/images/articleimages/klan.jpg Rapport illi thejja mill-Kummissjoni ta’ Kontra t-Tortura tal-Kunsill ta’ l-Ewropa isib lill-gvern hati ta’ tortura fil-konfront ta’ l-immigranti llegali mizmuma f’pajjizna. Dan ir-rapport, li ilu f’idejn il-gvern ghal dawn l-ahhar sitt xhur, s’issa nzamm mistur ghal kollox. Tant, li minkejja li l-fuq minn xahar ilu, fil-Parlament saret talba mid-deputat Laburista Joe Abela biex dan ir-rapport jitpogga fuq il-mejda tal-kamra mill-ministru Tonio Borg, din it-talba s’issa ghadha ma ntlaqghetx minn naha tal-gvern.
Dan ir-rapport fih sejbiet li saru minn ufficjali fi hdan din il-Kummissjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li jikkundannaw lill-gvern ghal mod u l-kundizzjonijiet li fihom qieghdin jinzammu l-immigranti klandestini u refugjati f’pajjizna. Dawn il-kundizzjonijiet hziena jammontaw ghal tortura fil-konfront ta’ dawn il-persuni. Sorsi li tkellmu ma’ it-TORCA qalu li r-rapport huwa “tal-biza’” u xejn ma jitfa’ dawl sabih fuq l-awtoritajiet Maltin. Qalu li dan ir-rapport “jikkonferma li filwaqt li ghad-deher ghandna hafna kliem sabih, fil-fatt is-sitwazzjoni hija wahda kerha hafna, u l-boghod hafna mill-harsien tad-drittijiet tal-bniedem, anke kif imnizzla fil-Kostituzzjoni ta’ pajjizna - biex ma nsemmux ukoll in-nuqqas ta’ karità Nisranija”.
Kemm hi allarmanti s-sitwazzjoni tidher ukoll mill-fatt illi din il-Kummissjoni zaret lill-pajjizna aktar minn darba, xi haga li f’cirkostanzi normali ma’ ssirx. Membri ta’ din il-Kummissjoni, is-soltu jaghmlu zjara wahda biss f’postijiet fejn ikun identifikat li jista’ jkun hemm persuni suggetti ghat-tortura, sakemm is-sitwazzjoni ma tkunx tant hazina. Iz-zjarat isiru ghall-gharrieda u minghajr ma jkunu mhabbra biex ma jkunx hemm il-hin li l-gvern jipprova jghatti r-realtà ghall-okkazjoni.
Progett abortit
Intant, ghall-okkazjoni tal-Jum Dinji tar-Refigjati, numru ta’ immigranti li kienu qieghdin jinzammu f’Lister Barracks kienu trasferiti ghal “kamp miftuh“ fil-Marsa, fejn kien qabel kien hemm skola tas-snajja. Dan filwaqt li f’pajjizna hawn Walter Irving mill-Kummissjoni ghad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Gnus Maghquda (UNHRC). L-ahhar li sar trasferiment simili, minn Ta’ Kandja ghal Hal Far, ukoll sar fl-okkazjoni ta’ zjara minn ufficjal ta’ l-UNHRC.
Originarjament dan il-progett kien intenzjonat biex jitmexxa’ minn organizazzjonijiet mhux governattivi li jahdmu mar-refugjati u l-immigranti. Tant li kienet anke harget sejha ghal-dawk l-organizazzjonijiet interessati biex imexxu dan il-”kamp miftuh“. Madankollu, dan il-progett kien abortit u l-gvern dahal responsabbli hu ghat-tmexxija ta’ dan il-kamp.
L-organizazzjonijiet li kienu nteressati li jmexxu dan il-kamp kienu digà kkritikaw il-post fl-iskola tal-Marsa bhala li m’ghandux il-livelli mixtieqa biex jaghti akkomodazzjoni dinjituza lill-immigranti.
F’dan il-kamp, l-immigranti jridu joqghdu 16-il persuna f’kamra wahda, f’ambjent li huwa nieqes minn ventilazzjoni xierqa, bi kcejjen li mhumiex tajba biex jaqdu l-funzjoni taghhom, kif ukoll b’nuqqas ta’ spazju fejn dawn l-immigranti jistghu jghaddu l-hin liberu taghhom. Minbarra f’dawn in-nuqqasijiet, hemm ukoll ohrajn bazici aktar bhal nghidu nuqqas ta’ fannijiet minkejja li beda l-istagun tas-shana, nuqqas ta’ ghamara fejn ikunu stivati l-affarijiet personali taghhom, kif ukoll nuqqas ta’ lozor, investi, xugamani u srievet fost ohrajn. Lanqas m’hemm livelli adekwati ghall-kmamar tal-banju, li huma mghammra b’ghadd ta’ showers hdejn xulxin minghajr il-ventilazzjoni mehtiega.
Organizazzjonijiet imdejqa
Membri ta’ organizazzjonijiet mhux governattivi jinsabu ferm urtati bl-attitudni tal-gvern fil-konfront taghhom. Filwaqt li ma jistghux jifmhu ir-raguni li l-gvern m’afdalhomx dan il-kamp fit-tmexxija taghhom biex issa qed jaghti servizz ferm inferjuri ghal dak li kien talab minnhom; huma jhossu wkoll li l-gvern dahak bihom ripetutament. Minbarra f’dan il-kaz, ihossu li l-gvern dahak bihom meta organizza l-Konferenza Nazzjonali dwar l-Immigrazzjoni, u filwaqt li pprezentalhom agenda mod, meta marru ghall-konferenza sabu ohra. Ihossu li dahak bihom ukoll fil-qasam tat-Task Force li twaqqfet dwar dan il-qasam, fejn flimkien mal-gvern u l-oppozizzjoni, hemm membri biss zewg organizazzjoni li t-tnejn huma tal-Knisja. L-organizazzjonijiet mhux governattivi, filwaqt li huma kritici tal-mod kif il-gvern qieghed jistmhom u kif qed imexxi l-affarijiet, huma kritici wkoll tal-Knisja, minhabba li mhux qieghdin ihossu li l-Knisja hija “xhieda” bizzejjed f’dan il-qasam, specjalment meta tista’ toffri l-edukazzjoni ghal ulied dawn l-immigranti fl-iskejjel taghha u mhux qieghda taghmlu.
Huma mhassba wkoll li l-immigranti qieghdin jithallew mitluqa fic-centri taghhom bhal ta’ Hal Far, u dan qieghed iwassal ghal sitwazzjonijiet imbarazzanti. Bhal, nghidu ahna, numru ta’ immigranti li meta johorgu mic-centru jirritornaw f’sakra ma’ jarawx art, u jispiccaw mitluqa ma’ l-art. Dan in-nuqqas qieghed iwassal ukoll biex ghadd ta’ immigranti jispiccaw il-qorti fuq hsarat li ghamlu lil cittadini Maltin meta kienu fis-sakra. Barra minn hekk, kien hemm kazi fejn immigranti anke kellhom bzonn ghajnuna medika matul il-lejl u din damet ma waslitilhom.
aleks.farrugia@journalist.com