PDA

View Full Version : Gonzi tghallem minghand minn tghajjar


malsey
6thJune2005, 19:31
Nahseb dan l artiklu hu car, to the point u fuq kollox oggettiv. L orrizont hi l unika gazzetta f malta li ghada turi l opinjoni tal poplu u b mod oggettiv. il gonz u shabu ghandhom jitghalmu x jigifieri liberta tal espressjoni minn dawn, u mhux jghajjruhom li mhux demokratici.
Grazzi wkol immur il fr noel tal artiklu zghir pero oggettiv fuq l indipendent.


http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=19645

Norman Lowell jilqa’ bil-ferh tahrika tal-Pulizija
minn Victor Vella

Norman Lowell ta’ l-Imperium Europa, laqa’ bil-ferh tahrika tal-Pulizija, li permezz taghha il-Pulizija se jtellghuh il-Qorti u jakkuzawh li bi kliem u imgiba ta’ theddid qajjem mibgheda razzjali waqt il-meeting li kien ghamel f’Hal Safi.

Norman Lowell, li ghal dawn l-ahhar jiem kien Londra biex jndirizza diversi laqghat li ghalihom attendew persuni li jhaddnu l-politika tal-lemin estrem, qieghed iqis din it-tahrika bhala opportunità biex permezz taghha jkompli jiggieled il-glieda tieghu u l-kwistjoni tal-libertà ta’ l-espressjoni.

Sostenituri ta’ Norman Lowell li tkellmu ma’ l-orizzont qalu li “bhalissa Norman Lowell qieghed l-Ingilterra fejn hemmhekk ha sehem f’diversi laqghat fejn fihom indirizza lil diversi persuni. Id-diskorsi ta’ Lowell intlaqghu b’entuzjazmu minn dawk prezenti. Ma nistghux nifhmu kif il-Pulizija ddecidew li jiehdu passi kontra Lowell. Nistaqsu fejn hi l-libertà ta’ l-espressjoni f’dan il-pajjiz. Bhala persuni li nhaddnu t-twemmin tal-lemin estrem bi hsiebna niggieldu dan il-kaz, u mhux lesti li nhallu min ibezzaghna. Ahna ghalina Malta tigi l-ewwel u qabel kollox. Nemmnu li Malta ghandna nhalluha ghall-Maltin.”

L-istess sostenituri qalulna li “l-hsieb taghna hu li aktar ‘l quddiem nibdew nohorgu fil-pubbliku biex immexxu l-ideat taghna. Ahma konvinti li l-ideat taghna jinghogbu u jemmnu fihom hafna Maltin, ghax l-ideat taghna jpoggu l-interessi tal-Maltin l-ewwel.

“Aktar m‘hu jghaddi zmien aktar nies, specjalment zghazagh, qeghdin jinghaqdu maghna. Dan ghalina huwa ta’ inkoraggiment kbir.”

Sostenituri ta’ Norman Lowell qalu wkoll li “nafu li dan l-ahhar jidher li kien hemm pressjonijiet minn certi kwartieri biex Norman Lowell jitressaq il-Qorti fuq il-meeting ta’ Hal Safi. Jidher li f’Malta hawn min ma jridx li ideat bhal ta’ Norman Lowell johorgu fil-berah.

“Ghalina hi stramba kif il-Pulizija ghazlu li jressqu lil Lowell il-Qorti erba‘ xhur wara li sar il-meeting ta’ Hal Safi.”

Ta’ min jghid li ftit tal-gimghat ilu kienet saret qasma fil-lemin estem, minhabba li s-sostenituri ta’ Norman Lowell ma baqghux jappoggjaw lis-sit Ave Melita li kien immexxi minn Ederico Figallo. Jidher li l-kwistjoni prin-cipali bejn dawn it-tnejn kienet li Ederico Figallo ried li l-moviment tal-lemin estrem ikun miftuh ghal persuni ta’ twemmin Nazzjonalista, waqt li Lowell ried li dan ikun miftuh ghal kulhadd.

It-tahrika ta’ Norman Lowell tghid li “inti akkuzat talli f’Hal Safi fit-22 ta’ Jannar, uzajt kliem jew imgiba ta’ theddid, abbuzivi jew inoslenti jew xort ohra. Gibt ruhek b’dan il-mod bil-hsieb li b’hekk tqajjem mibgheda razzjali jew b’hekk tohloq il-probabbilità li, meta wiehed iqis ic-cirkostanzi kollha, titqajjem mibgheda razzjali”.

Norman Lowell se jidher quddiem il-Qorti nhar id-9 ta’ Gunju quddiem il-Magistrat Dr. Giovanni Grixti.

victorvella2002@yahoo.com

PERICLES
6thJune2005, 19:38
Already posted here: http://www.vivamalta.org/forum/showthread.php?p=15833#post15833

SetteCento
7thJune2005, 13:04
“Ghalina hi stramba kif il-Pulizija ghazlu li jressqu lil Lowell il-Qorti erba‘ xhur wara li sar il-meeting ta’ Hal Safi.”
Very weird!
in my opinion so well said!