PDA

View Full Version : Raphael Axiak dikjarat "mhux ħati". Il-qtil ta' missieru : "difiża leġittima


Arya
3rdJune2005, 08:57
Raphael Axiak dikjarat "mhux ħati". Il-qtil ta' missieru : "difiża leġittima
Miktub: 02/06/2005 20:37:09


http://www.maltarightnow.com/content/images/RAPHAEL%20AXIAK%20LIBERAT%20007.JPG

VALLETTA - Raphael Axiak ta' 30 sena mix-Xewkija, Għawdex, (fin-nofs tar-ritratt) li kien mixli bil-qtil ta' missieru Anthony, liberat mill-akkuża ewlenija kontrieh wara li l-ġurati ddeċidew li kien qed jiddefendi lilu nniffsu minn missieru. B'hekk intemmet l-istorja diffiċli li għaddiet minnha l-familja Axiak tul ħajjitha kollha, liema storja kienet kontinwament deskritta bħala "waħda ta' terrur u biża' mhux spjegabbli".

Raphael Axiak, li beka l-ħin kollu waqt li l-ġurati kienu qed iħabbru l-verdett tagħhom, għannaq lill-Avukati tiegħu Giannella Caruana Curran u Manuel Mallia u wara dar fuq ommu u ħuh Anġlu, li kienu fl-awla ta' Imħallef Joseph Galea Debono, jistennew l-aħbar it-tajba.

Ftit wara l-Imħallef Joseph Galea Debono aċċetta l-verdett ta' seba' voti kontra tnejn li l-akkużat ma kienx ħati u ordna li jkun liberat minnufih. Raphael Axiak ħareġ barra mill-bini tal-Qorti, prattikament imkaxkar mill-Avukati Difensuri tiegħu (ritratt) u l-familjari u ħbieb kollha tiegħu li segwewh sa stabbiliment fil-Belt stess. Il-mixja mill-bini tal-Qorti sa l-istabbiliment kienet kollha segwita mill-fotografi u cameramen wara li fil-jiem li għaddew l-ġuri ta' Raphael Axiak ġibed l-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir minħabba ċ-ċirkostanzi krudili li kellhom jgħixu fiha l-familjari Axiak.

Il-verdett tal-ġurati jfisser li Raphael Axiak kien qed jiddefendi lilu nniffsu minn missieru dakinhar tad-29 ta' Jannar 2002 fir-Rabat fŐGħawdex meta missieru attakkah u ibnu spiċċa sparalu tiri bŐrasu u qatlu.